Sean Zammit ta’ 33 sena minn Birkirkara ġie kundannat erba’ snin ħabs u multa ta’ €6,900 relatat ma’ inċident tat-traffiku serju fil-Gżira li seħħ 14-il sena ilu. Huwa kien qed jiġi mixli b’21 akkuża, u li ħafna minnhom ma nstabx ħati fuqhom.
Miegħu kienet ġiet mixlija Loriana Abdilla, b’ħafna inqas akkużi u inqas serji. L-inċident kien relatat ma’ inċident tat-traffiku fl-20 ta’ Diċembru, 2011, għall-ħabta tal-11:30am fit-triq Sir William Reid fil-Gżira. Sean Zammit, kien qed isuq BMW mingħajr liċenzja valida u mingħajr assigurazzjoni, filwaqt li Loriana Abdilla kienet passigiera fil-vettura.
Il-pulizija, inkluż iż-żewġ kuntistabbli Jean Paul Vella u Alexander Mifsud, kienu osservaw lil Zammit jagħmel manovri perikolużi u jagħmlulu sinjal biex jieqaf. Minflok ma waqaf, Zammit għadda fuq il-lights ħomor u infiltra f’triq direzzjoni waħda kontra t-triq, u wettaq ħsara fuq diversi karozzi.
Meta l-pulizija ppruvaw jieħdu kontroll tal-vettura, Zammit irriversja u għadda minn fuq il-bankina, li kkawża ġrieħi lil Josephine Cesare, mara anzjana, ingħarrfet u sofriet ksur fil-fibula li teħtieġ medikazzjoni u gips. Minn ġewwa l-karozza, Loriana Abdilla ta’ 34 sena, mill-Imsida, li kienet passiġġiera ippruvaw jipprevjenu lill-pulizija milli jaġixxu kontra Zammit.
Il-pulizija ikkonfermaw li Zammit ma kellux liċenzja u li l-karozza kienet bla assigurazzjoni. Xhieda oħra, inkluż Josephine Cesare u propjetarji ta’ karozzi oħra, ikkonfermaw il-ħsara kkawżata fil-vetturi tagħhom. Rapporti mediċi wrew il-feriti ta’ Josephine Cesare bħala gravi, filwaqt li l-pulizija sofrew feriti ħafifa. Dokumenti minn Transport Malta kkonfermaw l-istatus legali tal-karozzi u ta’ Zammit.
L-akkużi inizjali kontra Zammit u Abdilla kienu jinkludu disubbidjenza lill-pulizija, feriti ħfief, kliem oxxen, attakki fuq persuni f’servizz pubbliku u ksur tal-bon ordni pubbliku. Sean Zammit kien ukoll akkużat b’recedività kriminali, falsifikazzjoni ta’ dokumenti u ksur ta’ kundizzjonijiet tal-libertà provviżorja. Loriana Abdilla kienet akkużata b’attakk jew reżistenza kontra pulizija u tagħmel offiza waqt li kienu qed jaġixxu skont il-liġi.
Il-Qorti sabet lil Sean Zammit ħati ta’ diversi akkużi, filwaqt li l-Qorti illiberatu minn ħafna mill-akkużi l-oħra inkluż li fl-20 ta’ Diċembru 2011 oħra għall-ħabta tan-nofs siegha ta’ wara nofs innhar ġewwa Triq William Reid, Gżira, u fil-ġranet ta’ qabel, sabiex jikseb vantaġġ għal xi Awtorita’ pubblika, xjentement għamel dikjarazzjoni, jew stqarrija falza, jew ta tagħrif falz.
U aktar talli fl-istess data, kkaġuna ħsara fuq vettura bin-numru għad-dannu tal-Gvern ta’ Malta, li għamel falsifikazzjoni f’ att awtentiku u pubbliku, jew fi skrittura kummerċjali jew ta’ bank privat, inkella billi żied jew biddel klawżoli, dikjarazzjonijiet jew fatti, illi dawk l-atti jew skritturi.
Ma nstabx ħati wkoll li nhar l-20 ta’ Diċembru, 2011, fil-Gżira, għall-ħabta tal-11:30 b’ nuqqas ta’ ħsieb, traskuraġni jew b’ nuqqas ta’ ħaris ta’ regolamenti, kien involut f’ inċident stradali bil-konsegwenza li kkaħunaj offiza tal-anzjana Giuseppa Cesare.
Lanqas ma nstab ħati li wettaq ħsara jew għarraq ħwejjeġ mobbli ta’ Lorenzo Camilleri u cioe’ vettura ta’ l
għamla Maruti. U aktar talli fl-istess data, volontarjament ħassar, għamel ħsara jew għarraq ħwejjeġ mobbli ta’ Joseph Muscat u diversi akkużi oħra tal-istess portata.
Zammit jiġi kkundannat b’piena komprensiva ta’ erba’ snin priġunerija, multa ta’ €6,900, u l-sospensjoni/preklużjoni ta’ kull liċenzja tas-sewqan għal sena. Mill-piena tal-priġunerija, għandu jitnqqas il-perjodu li l-imputat diġà qatta’ taħt arrest preventiv relatat ma’ dan il-każ.
Dawn ir-reati seħħew waqt li Żammit kien għaddej mill-perjodu operattiv ta’ sentenzi sospensivi relatati ma’ każi preċedenti: l-ewwel, il-każ “Il-Pulizija vs Sean Zammit” datat 14 ta’ Lulju 2010 fejn Zammit ġie kkundannat għal erba’ xhur priġunerija b’sospensjoni fuq perjodu ta’ sentejn u skwalifikat milli jkollu jew jikseb liċenzja tas-sewqan; u t-tieni, il-każ datat 10 ta’ Marzu 2011, fejn Zammit ġie kkundannat għal erba’ xhur priġunerija u multa ta’ €1,165, b’sospensjoni simili u skwalifikazzjoni lis-sewqan għal sentejn.
Skont l-Artikolu 28B(1) tal-Kap. IX, dawn is-sentenzi bdew isseħħu formalment fl-istess perjodu. Barra minn hekk il-Qorti ordnat il-konfiska favur il-Gvern ta’ Malta ta’ €10,500, somma li tirrappreżenta garanzija imposta għall-helsien mill-arrest skont digriet preċedenti tal-Qorti tal-11 ta’ Awwissu 2011.
Fil-konfront ta’ Loriana Abdilla, il-Qorti sabirtha ħatja Loriana Abdilla li naqset billi tobdi l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija u ġiet i kkundannata komplessivament b’multa ta’ €1,000, filwaqt li tilliberaha mill-bqija tal-akkużi. Id-deċiżjoni ngħatat mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Sarah Magri u Jason F. Sultana.
//= $special ?>

