Lokali

Il-Kap tal-PN Alex Borg iżur lil John Stanicic hekk kif għalaq 90 sena

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

L-Erbgħa filgħodu f’ġest mill-aktar ħelu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg għamel żjara sorpriża lil John Stanicic f’jum għeluq sninu hekk kif għalaq 90 sena.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

F’dan il-mument ħelu John Stanicic tkellem dwar mumenti speċjali f’ħajtu filwaqt li esprima li dan il-ġest ta’ Alex Borg issa se jingħaqad ma’ dawn il-mumenti sbieħ li kellu f’ħajtu.

Minn naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg awguralu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum.

Intant, għal din iż-żjara Alex Borg kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello u x-Shadow Minister Bernice Bonello.