Il-Venezuela qed takkuża lill-Istati Uniti li għamlet akkwist ta’ tankers taż-żejt b’mod illegali.
Waqt laqgħa li saret tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, l-Ambaxxatur tal-Venezuela iddikjara li Washington għamel agħar mill-pirati u seraq it-tankers taż-żejt tal-Venezuela.
Il-Kunsill tas-Sigurtà iltaqa’ wara s-serq ta’ dawn it-tankers mill-Istati Uniti aktar kmieni dan ix-xahar, li seħħ ftit biss ‘l barra mix-xatt tal-Venezuela.
Lura fis-16 ta’ Diċembru, il-President Amerikan Donald Trump ordna blockade u ssanzjona t-tankijiet kollha taż-żejt li kienu deħlin u anke ħerġin mill-Venezuela, u ddikjara wkoll li se jkun qed ibigħ kemm iż-żejt u anke t-tankers.
Trump, ilu għal dawn l-aħħar xhur jakkuża lill-President tal-Venezuela Nicolas Maduro li qed imexxi d-drogi u jippermetti l-gangs joperaw faċilment.
Tant hu hekk, li waqt il-laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà fin-Nazzjonijit Uniti, l-Ambaxxatur Amerikan Michael Waltz iddikara li l-Istati Uniti ma jirrikonoxxix lil Madura bħala l-mexxej tal-Venezuela.
//= $special ?>

