Raġel ta’ 35 sena minn Ħal Qormi ammetta li gidem idejn u saqajn tas-sieħba tiegħu waqt argument jaħraq bejniethom. Ir-raġel tressaq quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech u kien akkużat li kkaġuna ġrieħi ħfief lis-sieħba, kif ukoll li ħebb għaliha, insultaha, heddidha, u kiser kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u sentenza tal-Qorti. Ir-reat seħħ fit-22 ta’ Novembru li għadda.
L-avukat Francois Dalli, li qed jidher għar-raġel, talab li qabel tingħata s-sentenza jsir rapport mediku dwar ir-raġel minħabba li ibati minn kundizzjonijiet mediċi u rabja diffiċli biex jikkontrollaha. Il-Maġistrat Frendo Dimech laqgħet it-talba u ħelset lir-raġel taħt garanzija personali ta’ €5,000. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Carlos Cordina.
//= $special ?>

