Il-ħidma għal paċi dejjiema bejn l-Ukrajn u r-Russja qed tkompli hekk kif il-President Ukren Volodymyr Zelensky ipprovda dettalji dwar pjan aġġornat u li toffri irtirar potenzjali mil-Punent.
Il-pjan aġġornat, li miegħu qablu wkoll l-Amerikani, jinkludi 20 punt, u li skont l-Ukreni jipprovdi sigurtà ċerta mill-Istati Uniti, il-pajjiżi tan-Nato u anke l-Ewropej għall-Ukrajna, ġaladarba r-Russi jerġgħu jinvadu lill-Ukreni.
Dwar ir-reġjun ta’ Donbas fl-Ulrajna, Zelensky iddikjara potenzjal li dan ir-reġjun ikun “free economic zone”.
Minn naħa tagħhom, ir-Russi għadhom ma ddikjarawx jekk jaqblux jew le ma’ dan il-pjan għall-paċi.
//= $special ?>

