Lokali

Malta tiċċelebra l-lejl tal-Milied bil-quddiesa ta’ nofsillejl

Illejla, Net TV se jkun qed ixandar il-quddiesa ta’ lejlet il-Milied hekk kif il-knejjes f’pajjiżna jingħaqdu f’ċelebrazzjoni mill-isbaħ li timmarka dan il-lejl qaddis.

Din il-quddiesa se tkun qed tixxandar fl-10pm, mill-Knisja tal-Mensija f’San Ġwann.

F’diversi parroċċi, kif inhi t-tradizzjoni, issir ukoll il-prietka tal-Milied.

Il-prietka mhux biss hija l-preludju għall-Quddiesa ta’ Nofsilejl iżda hija waħda mill-eqdem tradizzjonijiet li ssir waqt il-festi tal-Milied; tradizzjoni li tmur lura għas-seklu 19, fejn waqt il-quddiesa jitħabbar it-twelid ta’ Ġesù Bambin fi stalla f’Betlehem – ġrajja li seħħet aktar minn elfejn sena ilu.