Lokali

AĠĠORNATA: Mara tmut f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan

Sewwieq ta’ mutur tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ bil-lejl f’San Ġiljan.

Il-mutur kien misjuq minn mara Kolombjana, ta’ 31 sena, li mietet fil-post.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3am fi Triq Mikiel Anton Vassalli. U mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Kia Picanto misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Marsaskala u mutur Jupiter misjuq mill-vittma.

Il-mara minnufih ingħatat l-għajnuna minn tim mediku, iżda sfortunatament hija kienet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Net News jinsab infurmat illi x’aktarx is-sewwieqa tal-mutur kienet qed issuq fil-karreġġjata l-ħażina – kontra d-direzzjoni tat-traffiku.