Internazzjonali

Tliet persuni inkluż żewġ pulizija maqtula f’Moska

Tliet persuni, inkluż żewġ uffiċjali tat-traffiku tilfu ħajjithom wara splużjoni qawwija fil-Kapitali Russa.

Rapporti interazzjonali spjegaw illi żewġ pulizija tat-traffiku lemħu persuna suspettuża viċin karozza tal-pulizija li kienet fi Triq Yeletskaya f’Moska. Kien hawn illi dawn l-uffiċjali ppruvaw jarrestaw lil din il-persuna iżda seħħet splużjoni kbira.

Skont il-kumitat investigattiv Russu, jidher li persuna li kienet fit-triq fil-ħin tal-isplużjoni tilfet ħajjitha wkoll, fejn anke spjegaw li huma kbar is-suspetti li l-Ukreni kienu wara dan l-atakk.

L-isplużjoni seħħet fl-istess post fejn tilef ħajtu Ġeneral Russu aktar kmieni din il-ġimgħa wara karozza bomba.