Żagħżugħ ġie arrestat mill-Pulizija wara car chase li seħħet ilbieraħ fil-Furjana.
Skont kelliem għall-Pulizija jidher illi l-uffiċjali lemħu Toyota Starlett li kienet qed tinstaq b’mod perikoluż u għalhekk ipprovaw iwaqqfu lis-sewwieq sabiex jipprevjenu inċident serju.
Is-sewwieq tal-karozza, għażel li jinjora lill-uffiċjali u baqa’ jsuq bir-riżultat li seħħet car chase. Kien propju hawn, li l-Pulizija sabu mod kif waqqfu liż-żgħażugħ bir-riżultat li l-vettura tal-uffiċjali u anke taż-żgħażugħ kienu involuti f’ħabta.
Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena ġie arrestat fil-post ftit ‘il barra minn Bieb il-Bombi – fejn it-traffic lights direzzjoni lejn il-Ħamrun.
It-triq kellha tingħalaq għal xi ħin sabiex jitneħħa kull periklu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejin.
//= $special ?>

