Fil-Qorti ħareġ kif ħaddiema li joffru servizzi sesswali kien ikollhom joffru s-servizz tagħhom kull meta jkun hemm il-klijenti – erbgħa u għoxrin siegħa kuljum f’burdell f’San Ġiljan.
Dan hekk kif tressqu l-Qorti tlett nisa Kolombjani li qed jiġu akkużati, fost l-oħrajn, li traffikaw nisa għal skopijiet ta’ prostituzzjoni, li operaw burdell u akkużi b’ħasil ta’ flus.
Janice Ramirez Cummings ta’ 31 sena, Karen Caicedo ta’ 28 sena u Silvia Vega ta’ 31 sena …kollha wieġbu mhux ħatja tal-akkużi fil-konfront tagħhom.
Intant fil-Qorti ħareġ kif il-pulizija sabu operat ta’ burdell, u fil-ħin tar-raid, sabu ‘il fuq min 10 nisa mill-Amerika Latina jaħdmu f’dan ix-xogħol, u tlett irġiel li kienu preżenti f’dan l-allegat burdell.
Il-prosekuzzjoni spjegat li meta l-pulizija daħlu fil-post sabu lin-nisa li allegatament imexxu l-burdell fil-kċina tal-post, b’ammmont kbir ta’ flus kontanti, li jlaħħaqu għal kważi €12,000.
Dawn it-tlett kolombjani, akkużati li operaw dan il-burdell, kienu jmexxu l-istabbiliment u jieħdu l-bookings tan-nies; apparti li kienu anke jżommu l-ordni fost il-ħaddiema, ġieli anke bil-forza.
Fil-Qorti ntqal wkoll li dawn il-ħaddiema kienu kważi jgħixu f’din il-propjetà f’San Ġiljan – tant li saħansitra jekk ikunu reqdin u jinqalgħu xi klijenti kellhom iqumu u jaqduhom f’kull ħin tal-ġurnata – b’ordni tal-istess nisa kolombjani li kienu allegatament imexxu dan l-operat – u li kienu jsejjħulhom “il-mummies”.
Minn tfittxija intensiva nstabu ammonti ta’ droga kokaina u kannabis. In-nisa kienu wkoll fil-pussess tal- pink-cocaine, dokumenti tal-prostituti u kuntratti ma’ nies terzi rigward orġi li kienu pjanati.
Min naħa tagħha d-difiża qalet li in-nisa li kienu jaħdmu hemm kienu fil-pussess ta’ mobile personali, flus, u li setgħu jitilqu mill-post għal madwar tlett siegħat kuljum. Apparti li spjegat wkoll li l-passaporti kienu fil-pussess tal-prostituti, u għalekk ma nżammux kontra r-rieda tagħhom.
//= $special ?>

