Il-White House ordnat lill-militar Amerikan biex jiffoka fuq l-infurzar ta’ “kwarantina” fuq iż-żejt tal-Venezwela għax-xahrejn li ġejjin.
Din il-mossa tindika li l-amministrazzjoni Trump hija aktar interessata li tuża mezzi ekonomiċi, aktar milli militari, biex iżżid il-pressjoni fuq il-President Nicolas Maduro.
Qed jingħad li l-Venezwela se tkun qed taffaċċja diffikultajiet ekonomiċi kbar sa tmiem Jannar jekk ma taqbilx li tagħmel konċessjonijiet sinifikanti lill-Istati Uniti.
Din il-mossa segwiet ordni li ta Donald Trump ix-xahar li għadda għat-twaqqif ta’ tankers taż-żejt milli jidħlu u joħorġu mill-Amerika Latina.
Donald Trump qal li l-militar Amerikan se jibqa’ iżonn din il-kwarantina sakemm il-Venezwela tirritorna ż-żejt, l-art u assi oħra li serqet mill-Amerikani.
Trump qed jagħmel pressjoni fuq Maduro minħabba l-Istati Uniti ma jirrikonoxxuhx bħala l-mexxej tal-Venezwela, u jrid li hu jaħrab mill-pajjiż.
Il-President tal-Venezwela qed jiġi akkużat ukoll li huwa l-moħħ wara cartel ta’ drogi.
//= $special ?>

