Lokali

“Irrid noffri għajnuna fejn tidħol is-saħħa mentali” – Julia Ann Cluett

“Nixtieq li nkompli naħdem fuq is-saħħa mentali, mhux biss minħabba l-professjoni tiegħi, iżda wkoll għaliex nkun nista’ nilħaq nies li jinsabu għaddejjin minn dawn it-tip ta’ problemi”

Saħqet dan il-mudella Julia Ann Cluett, wara s-suċċess miksub fil-konkors prestiġjuż ta’ Miss Universe fit-Tajlandja. Bl-ambaxxatriċi għal pajjiżna tikklasifika mal-aqwa tnax minn minn fost 120 pajjiż li pparteċipa fil-kompetizzjoni internazzjonali.

Net News kellu l-opportunità li jiltaqa’ ma’ Julia Ann Cluett fejn tkellmet magħna fuq x’ħasset fil-mument li klassifikat l-ewwel fost il-kontestanti mill-pajjiżi Ewropej.

Apparti min hekk Julia Ann Cluett tkellmet dwar il-professjoni tagħha, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa mentali – bi Cluett tisħaq li l-ħolma tagħha hi li b’din il-pjattaforma li hija għandha, tkun tista’ tilħaq bosta nies u tagħti l-għajnuna li tista’ lil dawk li jkunu għaddejjin minn problemi varji ta’ saħħa mentali.

Intant, Julia Ann Cluett tkellmet magħna fost l-oħrajn dwar kif wieħed għandu jiprepara għal konkors hekk prestiġjuż bħalma hu Miss Universe – fejn spjegat  li sabiex tikkompeti f’kompetizzjoni bħal din, jeħtieġ sagrifiċċji kbar.

Fl-aħħar nett Julia Ann Cluett irringrazzjat lil Maltin u l-Għawdxin kollha tas-sapport kontinwu li wrew magħha tul dan il-vjaġġ, li fi kliema stess, qatt mhu ser tinsa’.