Internazzjonali

It-Turkija tarresta 115 suspettat tal-Istat Iżlamiku

L-awtoritajiet Torok qalu li waqfu l-attakki ppjanati fuq avvenimenti tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena wara li arrestaw aktar minn 100 membru suspettat tal-Istat Iżlamiku.

Skont il-prosekutur ewlieni tal-belt, saru rejds massivi f’124 indirizz madwar Istanbul, fejn inqabdu armi tan-nar, munizzjon u dokumenti organizzattivi.

L-uffiċjali qalu li partitarji tal-Istat Iżlamiku kienu qed jippjanaw attakki madwar it-Turkija matul din il-ġimgħa, b’mod partikolari kontra persuni mhux Musulmani.

Il-pulizija żammew 115-il suspettat, iżda skont stqarrija uffiċjali, għaddejjin l-isforzi biex jinstabu 22 oħra.