Nasry Asfura ġie ddikjarat ir-rebbieħ tal-elezzjoni presidenzjali tal-Honduras, wara ġimgħat ta’ dewmien minħabba problemi tekniċi u allegazzjonijiet ta’ frodi.
Il-kandidat konservattiv tal-Partit Nazzjonali, appoġġjat mill-President Amerikan Donald Trump, rebaħ b’40.3% tal-voti, u qabeż bi ftit lil Salvador Nasralla tal-Partit Liberali, li kiseb 39.5%.
Asfura qal li jinsab lest biex imexxi u li mhux se jiddiżappunta lill-poplu. Intant, Nasralla qal li mhux se jaċċetta riżultat mibni fuq nuqqasijiet u appella lis-sostenituri tiegħu biex jibqgħu kalmi.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Marco Rubio ħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jirrispettaw ir-riżultat sabiex l-awtoritajiet tal-Honduras ikunu jistgħu jiżguraw tranżizzjoni paċifika tal-poter.
Madankollu, il-President tal-Kungress tal-pajjiż, Luis Redondo, qal li r-riżultat kien kompletament illegali.
//= $special ?>

