Internazzjonali

L-uffiċjali jiskopru miljun dokument ieħor marbuta mal-każ ta’ Epstein

L-awtoritajiet Amerikani skoprew aktar minn miljun dokument ieħor li potenzjalment huma marbuta ma’ Jeffrey Epstein u li mistennija jiġu ppublikati fil-ġimgħat li ġejjin.

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja kien taħt skrutinju wara li ma ħariġx il-fajls kollha ta’ Epstein sad-19 ta’ Diċembru, l-iskadenza stabbilita skont liġi ġdida. L-aġenzija qalet li se tkompli tikkonforma bis-sħiħ mal-liġi federali u mad-direzzjoni tal-President Trump biex il-fajls jiġu ppubblikati.

Epstein kien qed jiffaċċja akkużi ta’ traffikar sesswali ta’ minorenni, umiet waqt li kien qed jistenna l-proċess f’ħabs fi New York.

Id-dipartiment ilu joħroġ id-dokumenti, u uffiċjali għolja qalu li għad fadal mijiet ta’ eluf ta’ dokumenti li jridu jiġu ppubblikati.