Lokali

Pajjiżna jsellem lill-attriċi Marylu Coppini

Il-ġurnata tal-Milied kienet immarkata mill-mewt tal-attriċi Maltija Marylu Coppini, li kellha 76 sena.

Coppini attriċi fuq sensiliet televiżivi u anke fit-teatri Maltin fejn ddistingwiet ruħa f’diversi produzzjonijiet varji teatrali, speċjalment mal-kumpanija MADC.

Hi kienet miżżewġa u kellha żewġt itfal li ukoll huma involuti fit-teatru.

Coppini għamlet snin taħdem fil-qasam tat-teatru, u anke kienet direttriċi tal-palk.