Festi Lokali

“Alla sar stranġier għall-bniedem – Alla inpoġġuh fil-ġenb” l -Isqof t’Għawdex

“Il-Milied huwa l-perijodu li jfakkarna kif fil-ħajja tagħna, id-dlam irid isir dawl. Għaliex Ġesu iħaddan il-biża’ tagħna – hemm qiegħed il-Mulej.”

Dan huwa l-messaġġ li wassal l-Isqof t’Għawdex Mons. Anton Teuma fil-lejl tal-Milied waqt iċ-ċelebrazzjoni li saret fil-Katidral.

L-Isqof Teuma tkellem dwar il-biża’ fil-ħajja tagħna. Iżda insista li Alla huwa tassew magħna.

“Illum – għalina – twieled Salvatur, biex jgħina naffaċjaw il-biża’ tal-ħajja”, stqarr Mons. Teuma. “Din hi xi ħaġa li tant hi kbira li ma titwemminx”.

“Aħna nifirħu fil-Milied mhux minħabba l-ikel, ir-rigali u d-dwal tal-Christmas trees. Iżda għax Alla sar bniedem bħalna”.

L-Isqof wissa wkoll fuq ir-realtà ta’ bosta li jpoġġu lil Alla fil-ġenb, u stqarr li għal ħafna “Alla sar stranġier”.