Lokali

Baby Lasagna f’pajjiżna x-xahar id-dieħel

L-artist Kroat Baby Lasagna se jkun f’pajjiżna x-xahar id-dieħel għall-finali tal-Malta Eurovision.

Is-serata se ssir fis-17 ta’ Jannar.

Baby Lasagna ħa rikonoxximent fuq livell internazzjonali wara li fl-2024 kien irrapreżenta lill-Kroazja fil-Eurovision. Dik is-sena, hu kien interpreta l-kanzunetta ‘Rim Tim Tagi Dim’.

F’dik is-sena, il-Kroat kien spiċċa fit-tieni post.