Fl-Italja, jissejjaħ il-fenomenu tar-rigali “riċiklati” – fenomenu li jikkonferma kif ħafna ma jżommux ir-rigali li jkunu qalgħu fi żmien il-Milied.
Riċerka li kienet ippubblikata fl-aħħar jiem turi li t-Taljani se jiffrankaw miljuni kbar ta’ ewro mir-rigali riċiklati. U jidher li anke f’Malta qed tidħol sew din it-tendenza.
Fil-każ tal-Italja, wieħed minn kull żewġ persuni qed jagħżel li jerġa’ juża r-rigal li jkun qala’ biex jgħatih lil xi ħadd ieħor waqt il-perijodu festiv. Hemm uħud li jużawhom għall-istediniet li jkollhom fil-ġimgħa tal-Ewwel tas-Sena, filwaqt li oħrajn sempliċiment imorru fil-ħwienet rispettivi biex ibiddlu r-rigali li jkunu rċievew.
Interessanti li l-aktar rigali li jiġu “riċiklati” huma l-inbejjed, il-panettone u l-hampers – ħafna drabi, dawn jingħataw lil familji oħrajn, u allura dak li jkun ikun franka rigal!
Fit-tieni post tal-aktar rigali li jibdlu l-idejn hemm il-kalzetti u l-creams, warajhom hemm il-kotba, u fir-reba’ post hemm il-ġugarelli tat-tfal.
//= $special ?>

