F’appuntament ta’ kull sena, il-Malta Community Chest Fund se tkun qed terġa’ ddur fuq il-poplu Malti u Għawdxi sabiex tiġbor fondi tant meħtieġa għall-Istrina tal-2025.
Illum, f’nofsinhar, jingħata bidu għall-Istrina, bil-messaġġi tal-ogħla awtoritajiet f’pajjiżna – maratona li tibqa’ sejra sa nofsillejl, b’xandira diretta fuq l-istazzjonijiet lokali, fosthom Net TV.
F’dawn l-aħħar jiem kienu bosta l-voluntieri u l-ħaddiema li kienu għaddejjin bil-preparamenti sabiex l-Istrina tkun ta’ suċċess bħal kull sena.
Il-maratona se ssir fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop.
//= $special ?>

