L-Istati Uniti b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet Niġerjani attakkaw stat Iżlamiku li huwa kkontrollat mill-grupp terroristiku tal-ISIS.
Fuq il-media soċjali l-President tal-Istati Uniti Donald Trump spjega li dan l-attakk aggressiv ġie organizzat kaġun tal-fatt li dawn it-terroristi kienu qed joqtlu peruni Kristjani li huma innoċenti. Huwa qal li dawn l-attakki mit-terroristi laħqu livell allarmanti u għalhekk kellha tittieħed azzjoni effettiva.
Trump spjega wkoll li kemm-il darba wissa lit-terroristi li jekk se jkomplu bl-attakki tagħhom fuq il-Kristjani kienu se jbatu l-konsegwenzi.
Għaldaqstant, is-Segretarju tad-Difiża qal li l-President Donald Trump kien ċar mat-terroristi dan filwaqt li rringrazzja lill-Gvern Niġerjan għas-sapport u l-kooperazzjoni li urew fl-organizzazzjoni ta’ dawn l-attakki.
Minn naħa tagħhom l-awtoritajiet Niġerjani qalu li permezz ta’ dawn l-attakki mħejjija mill-Istati Uniti ntlaħqu l-miri li kienu ppjanati bil-għan li tkun indirizzata it-theddida persistenti tat-terroriżmu.
//= $special ?>

