Futbol Sport

Liverpool interessati fis-servizzi ta’ Karim Adeyemi

Karim Adeyemi
Karim Adeyemi

Rapporti fil-midja Ingliża qed jindikaw li ċ-champions Ingliżi, Liverpool, għamlu offerta attrajenti biex jakkwistaw lill-istilla ta’ Borussia Dortmund, Karim Adeyemi. Il-klabb ta’ Anfield qed jikkunsidra lil Adeyemi bħala sostitut immedjat għal Alexander Isak, li weġġa’ reċentement u se jkun barra għal perjodu twil.

Skont is-sit Spanjol Fichajes.com, wara li Adeyemi llu jissemmà bħala wieħed mill-objettivi ta’ Manchester United, jidher li Liverpool issa tefgħu għajnejhom fuq il-winger offensiv ta’ 23 sena, li diġà lagħab 11-il darba u skorja gowl mat-tim nazzjonali Ġermaniż.

S’issa, l-istaġun ta’ Liverpool kien wieħed diżappuntanti, speċjalment meta wieħed iqis li fis-sajf li għadda nefqu aktar minn £400 miljun f’akkwisti ta’ plejers offensivi. Fost dawn hemm Florian Wirtz, Alexander Isak u Hugo Ekitike. Madankollu, ir-riżultati miksuba mill-klabb kienu ferm ‘il bogħod minn dawk mistennija.

Dan l-istaġun, Adeyemi skorja sitt gowls u ta tliet assists f’22 dehra f’kull kompetizzjoni ma’ Borussia Dortmund.