Tal-anqas tliet persuni tilfu ħajjithom hekk kif maltemp qawwi laqat partijiet minn Kalifornja bil-maltemp mistenni jkompli matul il-jum tal-Ġimgħa.
Skont l-awtoritajiet lokali, l-maltemp estrem ikkawża għargħar u valangi tat-tajn bil-Gverntaur ta’ Kalifornja ddikjara stat ta’ emerġenza f’diversi partijiet ta’ dan l-istat fosthom Los Angeles. Dan apparti li rapporti qalu li l-Ħamis filgħaxija – propju f’jum il-Milied – madwar 100,000 persuna spiċċaw mingħajr il-provvista tal-elettriku.
Ġie spjegat ukoll li dan il-maltemp ġab miegħu 27 ċentimetru ta’ xita tant li numru ta’ persuni f’Los Angeles kellhom jiġu evakwati dan filwaqt li kellhom jingħalqu diversi toroq.
//= $special ?>

