It-temp fil-jiem li ġejjin se jkun wieħed tipiku għall-bidu tas-sena, fejn l-inqas temperatura mistennija tkun ta’ 11-il grad.
Skont it-tbassir li għandna sa issa, it-temp it-Tnejn mistenni jkun ftit imsaħħab, bit-temperatura mistennija tinħass 17-il grad celcius; temp ideali għal dawk li forsi jonqoshom jixtru xi affarijiet għal xi festin jew ikla li qed jippjannaw għall-aħħar jew il-bidu tas-sena.
It-tlieta 30 ta’ Diċembru t-temp mistenni jkun bil-ħalbiet tax-xita, u bit-temperatura tonqos grad – tant li se tinħass fil-livell ta’ 16-il grad celcius. Ir-riħ nhar it-Tlieta se jitqawwa xi ftit u f’xi waqtiet se jkun Forza 3 għal 4.
It-temp lejliet l-ewwel tas-sena mistenni jkun ftit imsaħħab u b’riħ forza 4 għal 5 mill-majjistral kmieni filgħodu li eventwalment jonqos għal forza 2.
L-inqas tempertaura mistennija timmarka 11-il grad celcius; temperatura idejali għal-aħħar jum tas-sena. U fuq kollox aħbar tajba għal dawk li jixtieq jqattgħu l-aħħar siegħat tas-sena 2025 jgawdu d-diversi attivitajiet li se jkunu qed jiġu organizzati madwar Malta u Għawdex fuq barra.
Fost dawn hemm is-serata fi Pazza San Ġorg fil-Belt li tinkludi spettaklu minn John Newman bi preżentazzjoni ta’ Ron Briffa, Jamie Cardona u Taryn Mamo Cefai. Serata oħra se tkun organizzata fil-Kottonera bl-ispettaklu ta’ Ira Losco, Matthew James u Kantera kif ukoll spettaklu fir-Rabat Għawdex minn Ryan Spiteri u DCapitals Band.
Intant, għall-ewwel tas-sena t-temp mistenni jkun l-biċċa l-kbira imsaħħab bl-ogħa temperatura tkun ta’ 17-il °C u l-anqas ta’ 12-il °C – temp mill-aqwa kemm għal minn irrid iqatta’ l-ewwel jum tas-sena mal-familja fid-dar kif ukoll f’xi ristorant fuq barra.
//= $special ?>

