Illum fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun edizzjoni oħra tat-Tournament Tradizzjonali tal-Boxing Day organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports b’parteċipazzjoni ta’ timijiet tal-Parlamentari, Malta Football Referees Association, Personalitatijiet u tim tal-ġurnalisti tal-isport.
L-edizzjoni ta’din is-sena intrebħet mit-tim tal-personalitajiet liu rebaħ it-tlett partiti li lagħab 4 – 1 kontra l-ġurnaisti, 4 – 0 kontra refereesa u 3 – 0 kontra t-tim tal-Parlamentari.

L-istess tim tal-Parlamentari fejn lghab wkoll il-kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kellu s-sodisfazzjoni li rebaħ lit-tim tar-referees 3 – 2 u 5 – 5 kontra l-ġurnalisti.
Dizappunt mit-tim tal-gurnalisti li temm bi draw ta’ 5 – 5 konra referees.
L-għan tat-tournament kwadrangolari fejn attendiet wkoll il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono kien li jinġabru fondi b’risq l-Istrina u l-Malta Community Chest Fund.








