Lokali

5 żgħażagħ jingħaqdu formalment mas-Soċjetà tal-Mużew

Tul il-jum tas-Sibt, 5 żgħażagħ se jkunu qed jingħaqdu formalment mas-Soċjetà tal-Mużew imwaqqfa minn San Ġorġ Preca.

Jake Bezzina minn Naxxar, David Abela mis-Siġġiewi, Wayne Borg mis-Swatar, Gilbert Borg minn Ħaż-Żebbuġ, u Joseph Mizzi mill-Għasri, ilkoll fuq l-għoxrin sena, se jkunu qed jingħaqdu f’din is-soċjetà.

Bosta faħħru dan il-pass ta’ dawn iż-żgħażagħ li għoġobhom jiddedikaw il-ħajja tagħhom għat-tagħlim ta’ Ġesù u San Ġorġ Preca – li jiffokaw fuq il-formazzjoni spiritwali ta’ tfal u żgħażagħ waqt li jxandru l-bxara t-tajba.

Diversi ddiskrivew dan kollu bħala aħbar sabiħa li qalb sekulariżmu qawwi, għad hemm dawl ta’ fidi anke fost iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.