Internazzjonali Temp

Il-belt ta’ New York miksija bil-borra

Sa kmieni dalgħodu, madwar 10 pulziera ta’ borra ksew partijiet sħaħ ta’ New York. Dan filwaqt li fi New Jersey kien dikjarat stat ta’ emerġenza.

Din is-sitwazzjoni ta’ friża affetwat it-trasport kollu fil-qalba ta’ New York – għalkemm sas-sibt filgħaxija, l-agħar tal-borra kien għadda.

Interessanti li anke fi Florida – fuq ix-xaqliba l-oħra – kien hemm maltempati kbar li kaxkru magħhom ħamrija u diversi karozzi.