Għall-ewwel darba, pajjiżna illum fakkar il-Jum tal-Innu Nazzjonali – ġurnata li qed titqies bħala okkażjoni biex il-poplu jirrifletti fuq dak li jagħmilna Maltin, u fuq l-importanza tal-wirt storiku u kulturali nazzjonali.
L-Innu Nazzjonali ta’ Malta inkiteb minn Dun Karm Psaila, u għandu mużika ta’ Robert Sammut.
Dan l-innu kien ġie adottat uffiċjalment bħala Innu Nazzjonali fil-bidu tas-seklu 20.
L-innu huwa miktub f’forma ta’ talba, u jitkellem fost l-oħrajn fuq l-għaqda u l-paċi – li għandhom ikunu pedamenti għan-nazzjon tagħna anke llum-il ġurnata.
//= $special ?>

