Internazzjonali

Jintlaħaq ftehim ta’ waqfien mill-ġlied

Fi stqarrija konġunta mill-Ministri tad-Difiża tat-Tajlandja u tal-Kambodja ingħad kif intlaħaq ftehim għal waqfien mill-ġlied bejn iż-żewġ pajjiżi…kunflitt li ilu għaddej għal aktar minn 100 sena.

Il-waqfien mill-ġlied daħal fis-seħħ il-Ħadd ħin lokali u temm ġimgħat ta’ ġlied intens tul il-fruntiera bejn it-Tajlandja u l-Kambodja li ħalla mill-inqas 41 persuna mejta u kważi miljun persuna bla provvista bażika.

Iż-żewġ naħat qablu li jiffriżaw l-movimenti tal-militar, iwaqqfu l-attakki, u jippermettu lir-residenti li jgħixu fiż-żona tal-fruntiera jirritornaw lura f’darhom.

Jekk dan il-ftehim idum għal 72 siegħa, it-Tajlandja se tirrilaxxa 18-il suldat minn Kambodja. Dan il-ftehim sar wara jiem ta’ taħdidiet bejn Tajlandja u l-Kambodja li rċieva appoġġ mill-Istat Uniti u ċ-Ċina.