Eluf ta’ titjiriet fl-Istat Uniti ġew ikkanċellati jew kellhom dewmien hekk kif fil-lvant tal-pajjiż qed jaffaċċjaw maltempata qawwija tax-xitwa, f’nofs l-istaġun tal-vaganzi tal-Milied.
Skont Flightaware, sal-Ġimgħa filgħaxija, kien hemm madwar 1,600 titjira li ġew ikkanċellati u aktar minn 7,000 titjira li kellhom dewmien.
L-aktar ajruporti li kienu milquta minn dawn il-kundizzjonijiet kienu l-ajruport ta’ John F Kennedy f’New York, Newark Airport u LaGuardia Airport, kif ukoll dak ta’ Boston u ta’ Chicago.
Is-servizz nazzjonali tat-temp Amerikan wissa li f’New York u Connecticut jistgħu jaqgħu sa 23 ċentimetru ta’ borra.
Il-Gvernatur ta’ New York Kathy Hochul ħeġġet lin-nies jevitaw milli jivvjaġġaw, filwaqt li s-Sindku ta’ New York Eric Adams appella biex min jista’ juża t-trasport pubbliku.
L-awtoritajiet qed iwissu dwar dawn il-kundizzjonijiet perikolużi li hemm fit-toroq u ħeġġew lill-vjaġġaturi sabiex jiċċekkjaw jekk it-titjira tagħhom mhijiex ikkanċellata.
//= $special ?>

