Futbol Sport

Manchester United momentarjament fir-raba’ post tal-Premier League

Patrick Dorgu
Patrick Dorgu

Ritorn għar-rebħ għal Manchester United li fetħu t-18-il ġurnata tal-Premier League Ingliż, b’rebħa minima iżda importanti ta’ 1-0 kontra Newcastle United. B’gowl skorjat miż-żgħażugħ Daniż, Patrick Dorgu fl-24 minuta r-Red Devils telgħu momentarjament fir-raba’ post tal-klassifika, bl-istess ammont ta’ punti daqs Chelsea u Liverpool.

Madankollu dawn l-aħħar tnejn għad iridu jilgħabu f’match day 18 tal-Premier League Ingliż, bl-istess mod li jridu jilgħabu Sunderland, li attwalment għandhom żewġ punti anqas minn Manchester United, u b’rebħa f’din il-match day, ikunu qed jissuperaw lit-tim ta’ Rùben Amorin fil-klassifika.