Is-Sibt filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg żar lis-sorijiet Dumnikani li jirrisjedu fil-qalba tar-Rabat, Għawdex.
Dan hekk kif akkumpanjat mix-Shadow Minister Paula Mifsud Bonnici kif ukoll mill-kandidati Norma Camilleri u Luke Said, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg żar lil madwar 25 resident fil-kunvent biswit s-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompej – mibni lejn l-aħħar tas-seklu dsatax.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem mas-sorijiet kif ukoll żar lid-dar tal-anzjani li uħud minnhom qed iqarrbu l-mitt sena, fejn illum jgħixu f’ambjent sigur, f’għożża u imħabba fejn illum proprju qed isservi bħala r-residenza tagħhom.
Ingħad kif l-anzjani residenti jingħataw l-attenzjoni u l-imħabba kollha meħtieġa hekk kif m’humiex numru iżda huma individwi lkoll bi storja ta’ sagrifiċji, ferħ, għanijiet li laħqu b’tant ħidma u esperjenzi tal-ħaja.
Iż-żjara ta’ Alex Borg f’dawn il-jiem kienet apprezzata, fejn is-sorijiet sussegwentament ħaduh iżur ukoll il-kappella li hemm ma’ dan il-kunvent, l-istess waħda li aktar kmieni din is-sena kienet ġarbet ħsarat fil-koppla kawża ta’ sajjetta qawwija f’għodwa f’April.
Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg irringrazzja lill-ħaddiema kif ukoll lis-sorijiet tal-ħidma sfieqa tagħhom, filwaqt li awgura l-anzjani residenti s-sena tajba, mimlija hena u għożża.
//= $special ?>

