Lokali Qorti

Rapport dwar każ serju li seħħ f’Jum il-Milied

Kolombjan ta’ 36 sena tressaq il-Qorti akkużat li hedded lil martu u lil bintha. Huwa ammetta l-ħtija tal-akkużi kontrih u se jiġi estradit lejn pajjiżu.

Ir-raġel kien ilu biss sena f’Malta, u kien bla xogħol.

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif f’jum il-Milied il-Pulizija irċievew rapport dwar mara li kienet imsakkra f’kamartha għax bdiet tibża’ minn żewġha.

Il-Prosekuzzjoni talbet għal sentenza sospiża u ordni ta’ trażżin favur il-vittma. U ladarba jiskonta s-sentenza, l-akkużat se jintbagħat lura l-Kolombja.

Il-Qorti ordnat piena ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.