Lokali

Tinġabar is-somma sabiħa ta’ €5,760,295 fil-maratona tal-Istrina

€5,760,295

Kienet din is-somma sabiħa li nġabret matul it-30 edizzjoni tal-Istrina li bħal kull sena, saret l-għada tal-Milied.

Il-Maratona tal-Istrina fetħet għall-ħabta ta’ nofsinhar fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop, b’indirizz mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg li fil-messaġġ tiegħu appella lil kulħadd sabiex ikun ġeneruż u jagħti d-donazzjoni tiegħu.

Il-flus li nġabru issa ser jitgawdew minn dawk il-Maltin u l-Għawdxin li tant huma fil-bżonn – f’festa ta’ imħabba u solidarjeta.

Il-Maratona tal-Istrina baqgħet sejra sa nofsillejla b’xandira diretta fuq l-istazzjonijiet lokali, fosthom Net TV.