Lokali

Twieldu sitt itrabi f’Jum il-Milied

Fl-Isptar Mater Dei, f’Jum il-Milied, pajjiżna laqa’ t-twelid ta’ sitt itrabi.

Skont ir-rekords uffiċjali, l-ewwel tarbija twieldet fis-7 u tliet minuti nhar il-25 ta’ Diċembru.

Is-sitt trabi li twieldu f’dan il-jum kienu żewġ bniet u erba’ subien.

L-ewwel tarbija li twieled kien tifel ta’ koppja mill-Filippini. U t-tifel ingħata l-isem Christ – propju għaliex twieled fil-jum li fih niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesu Bambin.

Kull sena, ix-xahar ta’ Diċembru dejjem ikun wieħed mill-aktar żminijiet bieżla għas-sala tal-maternità fl-isptar Mater Dei.