Lokali

Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Lija

Ingliż ta’ 20 sena residenti n-Naxxar jinsab jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’ħabta bil-karozza tiegħu tat-tip Volkswagen ma’ Hyundai misjuqa minn raġel 39 mill-Lussemburgu. Passiġġiera fil-Hyundai kien hemm ukoll mara ta’ 41 sena.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-07.00 ta’ filgħaxija fi Triq il-Mosta, f’Ħal Lija

Fuq il-post issejħet ambulanza u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu lis-Sewwieq tal-Volkswagen mill-vettura. Wara huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Monica Borg Galea, fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin