Futbol Sport

AFCON | Illejla jikkwalifikaw ukoll mal-aħħar 16, l-Alġerija

L-Alġerija huma t-tielet tim li avvanza mal-aħħar 16 tal-AFCON.
L-Alġerija huma t-tielet tim li avvanza mal-aħħar 16 tal-AFCON.

Il-captain tal-Alġerija, Riyad Mahrez skorja l-uniku gowl tal-partita, f’konfront dirett kontra Burkina Faso biex ta tliet punti li pajjiżu iżda mhux biss. L-Alġerija llejla sar it-tielet pajjiż li kkonferma l-kwalifikazzjoni tiegħu għar-rawnd tal-aħħar 16 fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani (AFCON) li bħalissa qed tkun organizzata fil-Marokk.

L-Alġerini ikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-Grupp E hekk kif telgħu għal sitt punti wara żewġ rebħiet konsekuttivi. Il-Burkina Faso baqgħu fit-tieni post b’tliet punti, daqs is-Sudan li aktar kmieni kienu għelbu lill-Guinea Ekwatorjali 1-0.