Futbol Sport

Calvert-Lewin jiskorja għas-sitt partita konsekuttiva fi draw bejn Sunderland u Leeds

Fi Stadium of Light draw ta’ 1-1 bejn Sunderland u Leeds United f’partita bejn żewġ timijiet li għaddejin minn mument pożittiv fil-Premier League. B’dan id-draw Sunderland żammew posthom fis-7 post tal-klassifika bi 28 punt filwaqt li Leeds baqgħu żewġ postijiet ‘il bogħod miż-żona ta’ relegazzjoni b’20 punt. Kienu Sunderland li marru fil-vantaġġ proprju fit-28 minuta b’gowl ta’ Simon Adingra b’Leeds jiksbu l-gowl tad-draw fis-47 minuta permezz tal-attakkant Dominic Calvert-Lewin.

Rebħa importanti ta’ 1-0 għal Tottenham barra minn darhom għand Crystal Palace. B’din ir-rebħa Tottenham Hotspurs telgħu fil-11-il post tal-klassifika b’25 punt, punt biss taħt Crystal Palace li jinsabu fid-9 post. Tottenham ħasbu li marru fil-vsantaġġ wara 17-il minuta permezz ta’ Richarlison, liema gowl ma ngħatax wara konsultazzjoni mal-VAR għall-pożizzjoni ta’ offside. Tottenham fetħu l-iskor fit-42 minuta meta din id-darba kien Richarlison li għadda lejn Archie Gray li xeħet fix-xibka għal 1-0, b’Tottenham għarfu jiddefendu tajjeb ir-riżultat matul il-kumplament tal-partita.

Riżultati: Sunderland v Leeds United 1-1, Crystal Palace v Tottenham 0-1