Kenneth Vella
Bejn is-Sibt u l-Ħadd fil-korsa tal-Marsa saru s-37 u t-38 laqgħa tas-sena. B’kollox saru 21 tiġrija tat-trott. Uħud minnhom kienu finali minn diversi kampjonati għal żwiemel Franċiżi fuq distanza twila ta’ 2640m. Minn dawn spikkat l-aktar il-finali mill-Prix De Vincennes tal-klassi Premier u li ntrebħet minn Gaspar D’Angis misjuq minn Charles Camilleri.
Ħdax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Kif mistenni kien Gaspar D’Angis (Charles Camilleri) l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Eden de L’Iton (Dylan Baldacchino) u Farmer Keryvon (Rodney Gatt). Gaspar D’Angis żamm il-kmand sat-tmiem biex ħa t-tielet rebħa nfila minn daqstant dehriet f’Malta u wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta’ Farmer Keryvon. Eldorado De Ver (Noel Baldacchino) temm it-tielet minn Galago Du Gadran (Paul Galea) u Forban (Cherise Farrugia).
Fi tmiem il-finali, Anthony Mifsud, chairman tal-Malta Racing Club u Matthew Brincat, Kap Eżekuttiv ta’ Malta Equidrome, ippremjaw lil Stephen Ciangura, Matthew Fenech u Charles Camilleri, is-sidien u s-sewwieq taż-żiemel rebbieħ. Ir-rebbieħ reġa rrepeta r-rekord nazzjonali ta’ 1.12.8” fil-kilometru li rreġistra fis-semi finali.
Ir-rebbieħa kollha
Is-Sibt
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Eald Breed (C. Camilleri) Ħin – 3.22.4” (1.16.7”) 2. Cadol De La Noemie (M. Falzon) 3. Gamine D’Hawai (R. Gatt) 4. Iriac Du Passage (E. Attard)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Igorino (R. Gatt) Ħin – 3.19.6” (1.15.6” 2. Skogans Lotten (J. Vella) 3. Victory Wind (D. Baldacchino) 4. First Des Pleignes (J. Gafa’)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Cupidon De Bassard (C. Calleja) Ħin – 3.22.4” (1.16.7”) 2. Kranck Vet (S. Schembri) 3. Instant De Beaum (P. Galea) 4. Nyras Tess (C. Caruana)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Goption Montaval (C. Caruana) Ħin – 3.18.5” (1.15.2”) 2. Ganymed De Corbery (Cherise Farrugia) 3. Impact Sur Laterre (P.Galea) 4. Dencos Miss Caruso (J. Gafa’)
VI Tiġrija. Finali Prix de Caen. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Jenny D’Eurvad (P. Galea) Ħin – 3.21.7” (1.16.4”) 2. Let’s Move On (T. Demanuele) 3. Invite De Star (J. Zahra) 4. Gringo Marancourt (K. Axisa) 5. Conflit (O. Briffa)
VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Diamant Du Ruel (J. Gafa’) Ħin – 3.18.9” (1.15.4”) 2. Lee Harvey Bros (P. Galea) 3. Arno Dell’Est (Ch. Camilleri) 4. Elva Rapid (R. Gatt)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Falko De Nouville (N. Baldacchino) Ħin – 3.14.9” (1.13.8”) 2. Ermes De Corday (J. Gafa’) 3. Danilo H.B. (Ch. Grech) 4. Vincent As (O. Briffa)
IX Tiġrija. Finali Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Hamlet Du Vivier (C. Vassallo) Ħin – 3.16.6” (1.14.5”) 2. Hope (J. Gafa’) 3. Fitzy De Vive (C. Refalo) 4. Hiant Du Val (R. Gatt) 5. Fun De Banville (M. Cauchi)
X Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Arachis PR (P. Galea) Ħin – 3.182” (1.15.2”) 2. Envol The Best 3. Hani Bird (D. Baldacchino) 4. Quite E Wood (Ch. Gauci)
XI -il Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Epicuro Luis (R. Magro) Ħin – 3.20” (1.15.8”) 2. Luan Amor VS (Ch. Camilleri) 3. Golden Majys (J. Gafa’) 4. Plura (R. Gatt)
Il-Ħadd
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Hippolyte De Bois (B. Camilleri) Ħin – 3.22.2” (1.16.6”) 2. Ivanhoe De Retz (W. Cutajar) 3. Influx Du Parc (R. Briffa) 4. Fakir De Mone (D. Cortis)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Exil D’Erable (J. Scerri) Ħin – 3.20.7” (1.16”) 2. Eindhoven DL (N. Baldacchino) 3. Eunapupa (R. Gatt) 4. Boss Crowns (D. Baldacchino)
III Tiġrija. Finali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Keenness Eagle (Cherise Farrugia) Ħin – 3.18.1” (1.15”) 2. Horusko (R. Magro) 3. Galeo Du Portugal (K. Axisa) 4. Il Conto (C. Vassallo) 5. Idillico Sarr (J. Scerri)
IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Gold From Heaven (P. Galea) Ħin – 3.18.1” (1.15”) 2. Help The Beatles’s (R. Gatt) 3. She’s A Lady (J. Gafa’) 4. Garry Thoris (P. Spiteri)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Bys Googoo Star (Ch. Camilleri) Ħin – 3.18.2” (1.15.1”) 2. Exo Des Louanges (P. Galea) 3. Golden Snow SB (N. Barbara) 4. Crazy Boy (L. Zammit)
VI Tiġrija. Finali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Defi Nay (R. Gatt) Ħin – 3.17.2” (1.14.7”) 2. Embleme Castelets (K. Axisa) 3. Flash Point (M. Debattista) 4. Jungle Tiger (K. Saliba) 5. Helia De Bruyere (A. Farrugia)
VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Hibiscus D’Angely (C. Vassallo) Ħin – 3.16.5” (1.14.4”) 2. Zidane D.E. (Ch. Grech) 3. Heathrow (Ch. Camilleri) 4. Fosbury Zet (N. Baldacchino)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Ghostbuster (R. Gatt) Ħin – 3.14.5” (1.13.7”) 2. Awesome Kronos (N. Baldacchino) 3. Isabelle Sisu (N. Barbara) 4. Rampant (Cherise Farrugia)
IX Tiġrija. Finali Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Gaspar D’Angis (Ch. Camilleri) Ħin – 3.12.3” (1.12.8”) 2. Farmer Keryvon (R. Gatt) 3. Eldorado De Ver (N. Baldacchino) 4. Galago Du Cadran (P. Galea) 5. Forban (Cherise Farrugia)
X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Hamilton Atout (K. Saliba) Ħin – 3.18.1” (1.15”) 2. Kalinka Du Bleuet (P. Galea) 3. Dats Trixi (R. Gatt) 4. Excellentissime (J. Cassar)
//= $special ?>

