Lokali

Is-Sena 2026: Nistennew films fis-swali taċ-ċinema

Minn Super Mario għal Moana. Ħafna films tat-tfal, iżda mhux biss – l-2026 se toffri produzzjonijiet kbar għad-dinja taċ-ċinema.

Fil-fatt, is-sena l-ġdida se twasslilna fost l-oħrajn il-film tant mistenni The Devil Wears Prada 2. U hawn, jirritornaw l-atturi ikoniċi Maryl Streep u Anne Hathaway.

F’April se naraw The Super Mario Galaxy Movie, f’Mejju film ġdid ta’ Star Wars, u f’Ġunju Toy Story 5.

Apparti dawn, hemm stennija għall-film Super Girl. U anke Moana, li din id-darba se jieħu l-ħajja b’atturi veri. Dan mistenni joħroġ fl-10 ta’ Lulju.

Fl-istess xahar se jibda jintwera wkoll Spiderman – Brand New Day. Biex imbgħad, lejn l-aħħar tas-sena, se jaslu fiċ-ċinema Jumanji 3 u l-produzzjoni l-ġdida tal-Avengers.

Intant, fi Frar se jirritorna wkoll il-film Scream, bi produzzjoni ġdida. Bis-simbolu tal-wiċċ tal-ħares jibda jiddomina din il-fanchise.