Lokali

Tama għal aktar ferħ u għaqda fl-2026

Hekk kif baqa’ ftit jiem biss sabiex tintemm is-sena 2025, in-negozji, ir-ristoranti u l-familji Maltin u Għawdxin għaddejin bl-aħħar preparamenti sabiex jiċċelebraw il-bidu tas-sena 2026.

NetNews żar it-toroq tal-Belt Valletta, fejn staqsejna lin-nies dwar il-pjanijiet tagħhom fl-aħħar sigħat tal-2025. Fejn kienu bosta li esprimew kif jixtiequ li fis-sena l-ġdida jkollhom iżjed ferħ, tama u għaqda fil-familji tagħhom u anke fil-pajjiż.

Ħafna spjegaw ukoll illi, prinċiparjament se jiċċelebraw l-bidu tal-ewwel tas-sena mal-familji u l-ħbieb tagħhom.

Madwar id-dinja, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-massa huma popolari ħafna, u dan mhux inqas f’pajjiżna.

F’pajjiżna, bosta jinġarbu fil-Belt Valletta għaċ-ċelebrazzjonijiet u anke l-countdown li jwassal għal bidu ta’ sena ġdida. Filwaqt li oħrajn iqattgħu l-ewwel ftit mumenti tas-sena jiċċelebraw ma’ dawk l-aktar viċin tagħhom.