Internazzjonali

Tmut l-attriċi u l-kantanta Brigitte Bardot

Mietet l-attriċi u l-kantanta Franċiża Brigitte Bardot fl-età ta’ 91 sena.

Bardot twieldet fl-1934 f’Pariġi u meta kibret bdiet tistudja l-ballet. Fl-istess żmien, hi bdiet taħdem bħala mudella u minħabba f’hekk bdiet tiġi offruta opportunitajiet biex tieħu sehem fil-films.

Fis-sittinijiet, hi ħadet sehem f’għadd ta’ films Franċiżi li kienu popolari, inkluż ‘The Truth’ U ‘Very Private Affair’.

Madankollu, fis-sebgħinijiet, hi ddeċidiet li tirtira mill-films u r-reċtar sabiex issir aktar attiva politikament, speċjalment fil-qasam tas-salvagwardja tal-annimali.