Lokali

Tittella’ b’suċċess ir-raba’ edizzjoni ta’ ‘Jump For Life’

44 persuna qabżu l-baħar, fix-Xlendi, bħala parti mir-raba’ edizzjoni tal-inizjattiva Jump for Life li ttellgħet b’suċċess mill-Fondazzjoni OASI. Dan l-avveniment li sar fit-28 ta’ Diċembru twettaq propju bl-għan li titqajjem aktar kuxjenza dwar id-dipendenza fuq is-sustanzi u biex il-vittmi jieħdu azzjoni u jfittxu l-għajnuna.

Bħala parti minn dan l-avveniment saru numru ta’ attivitajiet fuq barra fosthom hike fejn ipparteċipaw 23 persuna kif ukoll attivita bil-kayaks li għaliha ħadu sehem 15-il persuna.

Jump for Life, saret għall-ewwel darba fl-2019 u minn dak iż-żmien kibret f’attività annwali ffokata fuq il-konnessjoni, il-benesseri, u turija li l-ħajja tista’ titgawdi mingħajr l-użu ta’ sustanzi.