“F’seba’ snin kemm ilek li ħallejtna, Pa, ġraw ħafna affarijiet. Tgħallimt ħafna affarijiet. Għaraft ħafna affarijiet. Li hu żgur li l-parir u l-kunsill tiegħek swew u ġew fis-seħħ.”
Hekk stqarr il-Kap tal-PN Alex Borg meta dalgħodu sellem il-memorja ta’ missieru Tony – eks Sindku tal-Fontana, u Kap tas-Segretarjat tal-Ministru Giovanna Debono.
Fuq Facebook, Alex Borg semma’ l-memorji mill-isbaħ li għandu ta’ missieru u kif kien tassew persuna viċin in-nies.
“Grazzi tas-servizz lejn in-nazzjon. Lejn in-nies. Il-politika tan-nies ma għallimhieli ħadd ħlief int. Fuq dawk il-passi rrid nimxi. Kompli ħarisna Pa.”
//= $special ?>

