Ronald Pavia ta’ 60 sena residenti Pembroke tpoġġa taħt ordni ta’ probabtion għal tliet snin wara li ammetta li kkaġuna ħsara fuq karozza qrib ir-Residenza Sam Vinċenz de Paul.
Waqt is-seduta ntqal kif l-inċident seħħ fit-18 ta’ Mejju tas-sena li għaddiet bl-imputat ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.
Qabel l-għoti tas-sentenza l-Maġistrat Marse-Ann Farrugia qieset il-fatt li l-imputat ħallas lill-vittma kif ukoll li rrikonoxxa li għandu bżonn l-għajnuna minħabba problemi li għandu. Kien għalhekk li l-Maġistrat poġġietu taħt ordni ta’ probation.
//= $special ?>

