Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg jiltaqa’ mal-għaqda Dr Sunshine

It-tim Dr Sunshine iltaqgħu ma’ Alex Borg, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, biex jaqsmu l-inizjattiva tagħhom immexxija miż-żgħażagħ stess.

Matul il-laqgħa, it-tim ippreżenta wkoll l-għan aħħari wara Dr Sunshine, li tiffoka fuq li tati t-tama, lit-tfal li jkunu għaddejjin minn perjodi diffiċli ta’ saħħa u jkunu qed jiġu kkurati fl-Isptar.

Huma spjegaw ma’ Alex Borg kif il-proġett kien ispirat minn esperjenza reali fl-isptar u li l-għan hu li jtaffi dawn il-mumenti diffiċli għall-pazjenti tfal u sabiex jgħinuhom jħossuhom aktar komdi.

It-tim ta’ Dr Sunshine qal ukoll li dawn l-atti żgħar ta’ ġenerożità jtejbu s-saħħa emozzjonali tat-tfal.