Lokali

“Jason Micallef qed ikompli jaqa’ fir-redikolu” – Times of Malta

Jason Micallef huwa mħallas minn flus il-poplu – għalekk ma jistax jkompli jaqa’ fir-redikolaġni u jattakka lil kull min jinvestigah jew jikkritikah – Micallef ma jafx x’iġifieri li tkun accountable.

Kien dan is-sentiment espress fl-Editorjal tat-Times of Malta hekk kif l-editur tefa’ ħarstu fuq Jason Micallef – L-Uffiċjal ewlieni tal-Labour li għandu diversi rwoli mal-Gvern; imħallas minn flus il-poplu.

L-Editorjal saħaq li meta Jason Micallef jattakka lill-  ġurnalisti u lil dawk kollha li jikkritikawh ikun qed jagħmel disservizz kbir lejn il-pajjiż; għaliex kif ġie spjegat fl-Editorjal tat-Times – dawk imħallsa minn flus il-poplu, f’karigi varji ta’ responsabbilità, għandhom ikunu accountabkle u għall-inqas joqodu għall-kritika fil-konfront tagħhom.

Pero Jason Micallef lanqas jaf x’iġifieri żżomm lilek innifsek accontable għad-deċiżjonijiet ħżiena, tant li fl-aħħar xhur hedded lill-podcaster Trudy Kerr b’libell kriminali għaliex kritikatu b’filmat li xehed kif intefa’ ammont kbir ta’ żrar u ramel f’Ta’ Qali.

Liema żrar u ramel ġie jiswa’ lill-poplu Malti u Għawdxi mat-300,000 ewro.

L-editorjal ikkundanna wkoll l-attakk ta’ Jason Micallef fuq il-ġurnalista ta’ Newsbook sempliċiment għaliex investigat din id-deċiżjoni tar-ramel u ż-żrar. B’Micallef jispiċċa jtella’ r-ritratti tagħha u tal-familja tagħha sabiex ikunu fiċ-ċentru tal-attakki ta’ dawk li jsegwuh fuq il-midja soċjali tiegħu.

Bl-Editur jisħaq li din kienet azzjoni verament assurda, u li jihder biċ-ċar li Jason Micallef ma tagħllimx x’jista’ jwassal jekk il-ġurnalisti jiġu esposti għal dawn it-tip ta’ attakki.

L-editorjal irrimarka wkoll li attakk bħal dan ma jsirx iktar u aktar jekk hu mħallas minn flus il-poplu.

Intant l-Editorjal għalaq billi saħaq li Jason Micallef jaf perfettament x’inhu jagħmel u qed jipprova jibqa’ relevanti ma’ dawk li poġġewh f’dik il-pożizzjoni sabiex jkompli jiggwadanja.