Noel Mifsud ta’ 59 sena residenti l-Imtarfa ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li allegatament injora l-ordnijiet tal-Pulizija wara li nqabad insuq darbtejn fl-istess jum b’liċenzja skaduta.
Huwa ġie akkużat li kien qed isuq mingħajr liċenzja valida tas-sewqan, mingħajr polza tal-assigurazzjoni u li injora ordnijiet tal-Pulizija bl-akkużat iwieġeb mhux ħati.
Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda bil-Pulizija qalet li l-vettura kellha l-liċenzja mħallsa iżda hu kellu l-liċenzja personali tiegħu skaduta. Infatti l-Pulizija talbu iben l-akkużat biex isuq il-karozza. Imbagħad aktar tard fl-istess jum inqabad isuq b’ibnu kien passiġġier.
L-Avukat tad-Difiża Jacob Magri qal li l-akkużat qatt ma kellu każ il-Qorti dan filwaqt li meta kellu jġedded il-liċenzja sofra minn attakk tal-qalb. Konsegwenza t’hekk huwa nesa jġedded il-liċenzja. Dan filwaqt li insista li f’dan il-każ ħadd ma weġġa u li l-akkużat se jġedded il-liċenzja mill-aktar fis.
Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo tagħtu l-ħelsien mill-arrest b’garanzija personali ta’ €5,000 kif ukoll irid jiffirma darba fil-ġimgħa.
//= $special ?>

