F’Novembru, l-Indikatur tas-Sentiment Ekonomiku kif ukoll l-Indikatur tal-Aspettattivi dwar l-Impjiegi ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea naqsu mix-xahar ta’ qabel. Dan kien konfermat minn rapport tal-Bank Centrali li ġie ippubblikat illum.
L-istess rapport juri li f’Ottubru, il-produzzjoni industrijali naqset filwaqt li t-tkabbir annwali fil-kummerċ bl-imnut baqa’ l-istess. F’Settembru, il-produzzjoni tas-servizzi reġgħet naqset u b’hekk estendiet sensiela ta’ tnaqqis osservat minn Frar.
Apparti minn hekk, ir-rata tal-qgħad żdiedet marġinalment għal-livell ta’ 3.1%. U l-Fond Konsolidat irreġistra żieda fid-defiċit meta mqabbel ma’ dak irreġistrat sena qabel.
Intant, l-Indiċi tal-Bank Centrali dwar l-Inċertezza Politika Ekonomika, jidher illi naqas … iżda baqa’ f’livell ogħla mill-medja storika.
//= $special ?>

