Ġuvni Taljan ta’ 27 sena li jgħix il-Ġermanja ġie kkundannat tliet snin ħabs wara li ammetta li seraq minn ħanut tal-logħab f’San Pawl il-Baħar.
Fil-Qorti huwa ġie mixli li fis-16 ta’ Jannar tal-2024 seraq minn ħanut tal-logħob li jinsab fi Triq iċ-Ċern, li żamm impjegat kontra l-volonta tiegħu kif ukoll li kien qiegħed iġorr arma. Huwa ġie mixli wkoll li jum wara s-serqa wettaq serqa oħra.
Manuel Bryan Melis inġieb Malta hekk kif ġie arrestat fl-Italja permezz ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.
Meta tressaq il-Qorti l-imputat wieġeb mhux ħati iżda hekk kif beda jinstema l-każ huwa ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.
Apparti l-piena ta’ ħabs, il-Maġistrat Kevan Azzopardi ħareġ ordni ta’ trażżin għal 3 snin biex jipproteġi l-vittmi.
//= $special ?>

